Sport

Malta fil-Logħob tal-Pajjiżi Żgħar tal-Badminton f’Ċipru

It-tieni edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi Żgħar tal-Badminton intemmet f’Nicosia, Ċipru. Fit-Tournament flimkien ma’ Malta ħadu sehem Ċipru, il-Gżejjer Faroe, Ġibiltà, Greenland, l-Iżlanda, Liechtenstein, l-Isle of Man u Monaco.

Il-kontinġent Malti mmexxi mill-kowċ nazzjonali Matthew Haynes, beda l-impenji fi Grupp C fejn mit-telfa ta’ 4 – 1 kontra Greenland, iddomina għal kollox il-konfront kontra Isle of Man bir-rebħa ta’ 4 – 1. Riżultat li permezz tiegħu Malta għaddiet għal klassifikazzjoni bejn ir-raba’ u sitt post.

Eventwalment fl-ewwel partita Malta ddominat għal kollox fil-partita mirbuħa 5 – 0 kontra Ġibiltà. Fl-aħħar partita miftuħa għal kull riżultat, Malta sfat megħluba bl-iskor ristrett ta’ 3 – 2 sabiex Malta għalqet il-kompetizzjoni fil-ħames post.

It-tim tal-irġiel kien magħmul minn Samuel Cassar, Matthew Abela, Nigel Degaetano u Matthew Galea. Dak tan-nisa kien magħmul minn Francesca Clark, Elenia Haber, Martina Clark u Lauren Azzopardi.