Il-belt ta’ Barcelona tpoġġiet taħt allert ta’ periklu kbir hekk kif qed jiġi mbassar li matul din il-ġimgħa din il-belt tintlaqat minn maltemp estrem simili għal dak li laqat lil Valencia l-ġimgħa li għaddiet.
Infatti fl-allert wissew lir-residenti sabiex ma joħorġux minn djarhom għall-ebda raġuni.
Apparti minn hekk, il-Gvern ta’ Katalunja wissa wkoll li f’żewġ reġjuni oħra mistennija xita qawwija ħafna u wissa lin-nies sabiex jevitaw postijiet fejn hemm in-nixxigħat.
Intant, sitt ijiem wara d-diżastru li ħalla l-maltemp estrem f’Valencia, l-operazzjoni ta’ tiftix u salvataġġ għadha għaddejja bin-numru ta’ vittmi mistenni li jkompli tiela’.
//= $special ?>