Sport Sport Ieħor

Swieqi u Falcons ma jfallux milli jirbħu l-partiti ewlenin

Fi tmiem il-ġimgħa fis-sala tal-Kumpless Sportiv tal-Kottonera, tkomplew il-kampjonati ewlenin tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Volleyball. Fil-partiti ewlenin ta’ tmiem il-ġimgħa mill-kampjonat Super League, Swieqi Phoenix Nium u Falcons ma naqsux milli joħorġu rebbieħa. Iċ-champions Swieqi mmexxija minn Leonard Zammit Munro, rebħu 3-0 lil Mġarr. Bl-istess skor kien it-tim ta’ Falcons li fit-tieni partita rebaħ lil Birkirkara. Dan kien it-tieni suċċess konsekuttiv għal dan it-tim li dan l-istaġun hu mmexxi minn Jacques Seifert.  

Fl-uniku logħba tal-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni li saret is-Sibt, Paola Executive Security taħt il-gwida ta’ Michael Magro u assistit minn Antonio Borg, għelbu lil BKVC Reds bl-iskor ukoll ta’ 3-0. 

Ir-riżultati kollha

U19

Depiro vs Swieqi Phoenix Tough Cookies  0-3

L-Ewwel Diviżjoni

Paola Executive Security vs BKVC Reds   3-0

U15

Birkirkara vs Swieqi Young Stars 1-3

Flyers vs Paola Maypole  3-1

U17

Depiro Blue vs Flyers 3-0

BKVC Thunder Spikes vs BKVC Storms  3-0

Super League 

Swieqi Phoenix NIUM  vs Mgarr VC  3-0

Birkirkara VC vs Falcons  0-3