“Aħleb Clyde”
Dan hu t-ton li spikka fid-diskors ta’ Robert Abela fil-Parlament.
U għalkemm kien hemm stennija kbira għal dan id-diskors minn Robert Abela, il-messaġġ tal-Prim Ministru fil-Parlament kien immarkat b’attakki partiġjani u lingwaġġ negattiv kontra l-Oppożizzjoni.
Dan mingħajr ma ta ebda soluzzjonijiet għall-isfidi li qed jaffaċċjaw in-nies ta’ kuljum, tant li ħafna drabi spiċċa jsemmi l-passat biex jipprova jiġġustifika l ħażin li għamel il-Gvern tiegħu.
Fil-fatt, Robert Abela nqabad għal darb oħra jigdeb fejn sostna li Gvern Nazzjonalista fil-passat qatt ma għolla l-pensjonijiet – fatt li hu totalment falz hekk kif mill-2003 sal-2012 kien hemm żidiet sostnanzjali kull sena… bil-Prim Ministru jibqa’ jirrepeti din il-fake news.
Dan apparti li reġa’ għażel li jilgħab bil-kliem dwar iż-żieda ta’ ħlas addizzjonali tal-bolla, minflok jammetti li l-Gvern ser ikun qiegħed jobbliga lil dawk li twieldu wara l-1976 jħallsu sena oħra ta’ NI.
Intant, f’diskors ta’ saghtejn, Abela baqa’ għaddej jappella għall-kwalità – konferma diretta li f’dawn l-aħħar 11-il sena l-kwalità fil-pajjiż kienet ineżistenti.
Fil-Parlament, Robert Abela ma ammettiex li l-problema tad-drenaġġ fil-baħar hija waħda reali tant li għażel li jżeblaħ kriżi li anke l-Qorti Ewropea tat ċamata dwarha lill-istess Gvern Laburista.
Meta tkellem fuq il-problema tal-ħaddiema barranin, Robert Abela reġa’ nfexx jattakka l-Partit Nazzjonalista, filwaqt li fl-istess nifs ammetta li għandna problema bil-popolazzjoni u ta raġun lill-Oppożizzjoni.
Fost għajjat isteriku – u slogans ta’ żmien Mintoff – Abela għażel li jirrepeti r-retorika ta’ żmien l-elezzjonijiet ta’ Ġunju. Dan filwaqt li wissa’ lill-Partit Nazzjonalista li ħadd mhu se jwaqqfu.
//= $special ?>