Internazzjonali

Elezzjoni Stati Uniti 2024: L-abort jibqa’ bħala issue ewlieni għall-votanti

A voter casts a ballot at a polling station during the 2022 U.S. midterm election in Kettering, Ohio, U.S., November 8, 2022. REUTERS/Shannon Stapleton

L-elezzjoni presidenzjali hi l-ewwel waħda fl-Istati Uniti mindu nqaleb id-digriet ‘Roe v Wade’ – ir-ruling li, minn wara l-1973, kien jiggarantixxi d-drittijiet għall-abort madwar il-pajjiż.

U filwaqt li l-Amerikani qed jivvutaw għall-Presidenza, l-issue tal-abort qed tingħata kull prijorità minn segment imdaqqas tal-elettorat.

Irrispettivament mill-battalja għall-White House, għexieren tal-miljuni ta’ votanti f’Montana, Arizona, Missouri, Nebraska, Colorado, Florida, Maryland, Nevada, New York u South Dakota qed ikunu mitluba dwar kif l-Istat tagħhom għandu jirregola l-abort.

Dan meta stħarriġ kummissjonat min-New York Times/Siena College ssuġġerixxa li l-abort hu fost l-aktar erba’ issues kruċjali għall-votanti – wara l-ekonomija, l-immigrazzjoni illegali u s-sigurtà domestika.

Fil-fatt, l-abort hu anki l-aktar issue importanti fost in-nisa u l-votanti żgħażagħ. Dan ukoll meta l-abort sar l-aktar issue importanti għan-nisa Amerikani taħt it-30 sena – u meta qed jingħata importanza daqs l-issue tal-inflazzjoni li qed tħasseb lill-maġġoranza tal-poplu fl-Istati Uniti.