Internazzjonali

Elezzjoni Stati Uniti 2024: L-aħħar żviluppi ‘x’aktarx li favorevoli’ għal Harris

Il-votazzjoni, issa, hi miftuħa fl-Istati Amerikani kollha – u meta l-proċess elettorali qed jirranka anki fl-Istat tal-Hawaii.

Ftit tal-ħin ilu, l-Eks President Amerikan (u kandidat Repubblikan) Donald Trump ivvota f’Palm Beach, fi Florida, fejn kien akkumpanjat minn martu Melania. U waqt li kien qed jitkellem mal-ġurnalisti, Trump qal li r-Repubblikani kienu sejrin tajjeb ħafna – mingħajr ma pprovda d-dettalji.

Intant il-Viċi President Amerikan Kamala Harris – il-kandidat tal-Partit Demokratiku fil-Gvern – kienet ivvutat bil-posta matul il-ġimgħa li għaddiet.

Sadanittant, l-aħħar stħarriġ – minkejja din il-fażi bikrija tal-proċess – qed jindika li Kamala Harris għandha vantaġġ fl-Istat ta’ Pennsylvania; wieħed mis-Swing States fejn ir-riżultat kapaċi jkun kruċjali għall-verdett finali. Fl-istess ħin, Harris għandha wkoll vantaġġ żgħir fuq Trump fis-Swing States l-oħra ta’ Wisconsin u Michigan.

Hu minnu, intant, li Trump qed igawdi vantaġġ żgħir fuq ir-rivali tiegħu fl-Istati (Swing States) ta’ Nevada, Georgia, North Carolina u Arizona.