Is-Segretarju tal-Istat ta ’Georgia, Brad Raffensperger, qal li t-theddid tal-bombi li saru fl-aħħar sigħat kontra diversi postijiet tal-votazzjoni ma kenux kredibbli.
Madankollu, Raffensperger qal ukoll li t-theddid ‘kellhom l-oriġini fir-Russja’ u li l-persuni u l-gruppi wara t-theddid għandhom skop prinċipali biex ‘jiddistabbilizzaw lill-Istati Uniti’.
L-Istat ta’ Georgia hu wieħed minn seba’ ‘Swing States’ li kapaċi jkunu determinanti għar-riżultat finali tal-elezzjoni presidenzjali bejn Kamala Harris u Donald Trump.
Intant, matul il-ġurnata kien hemm ħames każi ta’ theddid separati kontra l-postijiet tal-votazzjoni f’Fulton County. It-theddid wassal għall-evakwazzjoni temporanja ta’ tnejn fost dawn il-postijiet – iżda wara l-proċess seta’ jkompli mingħajr xkiel.
Fl-aħħar ħinijiet daħlu wkoll ir-rapporti minn Washington dwar l-arrest ta’ raġel li kien armat bi flare-gun u wara li hu kien daħal fiċ-ċentru tal-Capitol għall-viżitaturi.
Intant, anki fl-Istat ta’ Michigan saru l-arresti ta’ xi persuni li bdew jagħmlu t-theddid relatat mal-elezzjoni.
//= $special ?>