Budget 2025 Ekonomija Lokali

“Id-diskors ta’ Bernard Grech kien fattwali u relevanti” – Il-Kap Eżekuttiv tal-Kamra tal-Kummerċ

Kien diskors fattwali u relevanti.

Hekk ġie deskritt id-diskors li għamel it-Tnejn il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Gech, mill-Kap Eżekuttiv tal-Kamra tal-Kummerċ Marthese Portelli waqt programm fuq it-TVM.

Dan b’referenza għad-diskors b’saħħtu li wassal Bernard Grech li fisser kif il-PN għandu proposti konkreti fuq il-vjolenza domestika, l-akkomodazzjoni soċjali, il-faqar, l-għaqdiet volonatrji, iż-żgħażagħ, it-tfal, il-ġenituri, is-settur tas-saħħa, is-saħħa mentali, l-edukazzjoni, il-biedja u s-sajd, it-traffiku, l-ekonomija  l-ambjent, it-tnaqqis tat-taxxi, l-anzjani u anke għal Għawdex.

Dikjarazzjoni li minnufih waqqgħet ir-retorika tal-Gvern ta’ Robert Abela li qed jibqa’ jgħid li Bernard Grech ma preżentax viżjoni. Tant li b’rabta mal-viżjoni li suppost kien hemm fil-Budget preżentat mill-Ministru Clyde Caruana, Marthese Portelli f’isem iċ-Chamber, qalet li stenniet iktar inċentivi favur il-kwalità.

Marthese Portelli tkellmet ukoll dwar l-overpopulation, u hawnhekk semmiet kif huwa importanti li jkun hemm viżjoni.

Waqt dan l-istess programm, Josef  Vella f’isem il-UĦM Voice of the Workers, waqqa’ retorika oħra tal-Partit Laburista dwar it-taxxa fuq il-COLA.

Dan filwaqt li Josef Bugeja f’isem il-GWU, tkellem fost l-oħrajn dwar it-traffiku u l-isplużjoni fil-popolazzjoni ta’ pajjiżna.

Fuq TVM kien mistieden ukoll Kevin Borg, f’isem il-Malta Employers Association, li minn naħa tiegħu anke hu tenna l-bżonn ta’ viżjoni ċara għal pajjiżna.