Ħafna fost l-Amerikani intervistati waqt l-elezzjoni presidenzjali tallum qalu li huma eċċitati dwar il-futur iżda , fl-istess ħin, qed ilmentaw dwar proċess elettorali li jieħu fit-tul wisq u li għandu jħoll u jorbot għall-futur ta’ miljuni ta’ familji.
Huma jemmnu li l-elezzjoni qed tibbaża fuq il-kunċett fejn nofs il-pajjiż għandu viżjoni partikulari ta’ kif l-Istati Uniti għandha tiżvolġi u b’oħrajn qed iħarsu lejn ‘Stati Uniti kompletament differenti minn kif iħarsu lejha l-Amerikani oħrajn.’
Fl-istess ħin, ħafna Amerikani jridu Gvern li jimplimenta u jipprattika politika soda minn aspett internazzjonali u fejn – bħala potenza — ikun kapaċi wkoll biex jinnaviga minn sitwazzjonijiet delikati bħalma jeżistu bħalissa fl-Ukrajna u l-Lvant Nofsani.
Sadanittant, ħafna Amerikani, huma u jitkellmu mal-media Amerikana, dehru li qed jiċħdu għall-propaganda negattiva huma u joħorġu favur il-messaġġi pożittivi u li jkattru t-tama fost il-poplu.
Importanti wkoll, skont l-intervisti, huma l-messaġġi separati tad-Demokratiċi u r-Repubblikani li jirriflettu politika għal livell ogħla ta’ inklużjoni soċjali u li qed jesiġu dwarha numru kbir ta’ komunitajiet u minoranzi fl-Istati Uniti.
//= $special ?>