Kont missejt il-qiegħ. U ma kien fadalli l-ebda triq oħra ħlief li nitlob l-għajnuna mingħand il-Caritas. Hekk stqar Charles Grima ma’ Net News ftit tal-jiem qabel il-maratona tal-Caritas li se tkun qed tittella’ nhar is-Sibt.
Chares Grima spjega li kien beda jieħu d-droga kważi 25 sena ilu wara li sab ruħu b’ħafna flus kontanti fil-but.
Viżibbilemt emozzjonat, Charles Grima, li għandu żewġ ulied subien, irrakkonta l-mument li irrealizza li kien miss il-qiegħ; il-mument meta ibnu rah taħt l-influwenza tad-droga.
Charles Grima stqarr li ħass li ma kellux triq oħra ħlief li jfittex l-għajnuna tal-Caritas.
Hu jfisser ukoll kemm kienet kruċjali din l-għajnuna.
Apparti li rringrazzja lil Caritas, Charles Grima irringrazzja wkoll lill-mara tiegħu li kienet dejjem ta’ appoġġ għalih.
Fi tmiem din l-intervistà Charles Grima kellu wkoll messaġġ xi jwassal.
Il-Maratona b’risq Caritas bl-isem ‘JIMPURTANI’ se tkun qed isir nhar is-Sibt 9 ta’ Novembru mill-11:00 ta’ filgħodu sal-11:00 ta’ filgħaxija u se tkun qed tixxandar fuq Net TV u l-istazzjonijiet lokali l-oħra.
//= $special ?>