Ma jaqtgħu xejn il-kundanni lejn il-Gvern wara l-mossa li għamel biex jipprova jsikket lill-edukaturi milli jitkellmu fuq il-midja. Dan permezz ta’ ċirkolari li ħarġet fl-aħħar ġimgħat, u li l-Ministru Clifton Grima iddefendiha.
Fl-aħħar sigħat, il-Fakultà tal-Edukazzjoni fi ħdan l-Università ta’ Malta ħarġet kundanna ċara għal din iċ-ċirkolari, li ġiet deskritta bħala “preċedent allarmanti”.
Il-Professur Colin Calleja (ritratt), Dekan ta’ din il-Fakultà, iddikjara li dawn ir-restrizzjonijiet fuq l-għalliema itappnu d-dritt bażiku tal-libertà tal-espressjoni. Bl-istess Dekan jinsisti li meta ssikket l-edukaturi tkun qed tillimita l-ħsieb kritiku f’soċjetà demokratika.

Il-Fakultà tal-Edukazzjoni appellat lill-Ministeru u lid-Direttorat tal-Edukazzjoni biex ibiddel immedjatament din id-deċiżjoni li tillimita lill-għalliema milli jitkellmu fuq ir-radju, fuq it-televiżjoni u anke fuq il-midja soċjali u podcasts.
//= $special ?>