Huwa evidenti li l-Prim Ministru ma jafx x’inhu jiġri madwaru. U għalhekk qed jibqa’ jigdeb u jxerred il-fake news.
B’Robert Abela jispiċċa anke jqarraq dwar l-ordni inizjali li tat l-Imħallef Myriam Haymen biex l-ispot ta’ propagada li tqassam minn Kastilja ma jixxandarx fuq il-PBS.
Barra l-Parlament, baqa’ jigdeb anke dwar Net Media, meta hemm korrispondenza li turi ċar li dan l-istazzjon ma ħa l-ebda flus, għax qatt ma xxandar dan l-ispot politiku b’wiċċ il-Prim Ministru.
L-Imħallef Myriam Haymen kienet ordnat lit-tmexxija tal-PBS sabiex b’mod temporanju r-rekalmi b’rabta mal-Budget jieqfu jiġu mxandra. Però, il-Prim Ministru qed ikompli juri jum wara l-ieħor kif m’għandux rispett lejn il-Qorti – fejn jaqbillu jgħid li għandu fiduċja għamja fil-Qorti, u fejn ma jaqbillux jmeri u jattakka lil din l-istess Qorti.
//= $special ?>