Id-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia ressaq każ ta’ ksur ta’ privileġġ dwar allegazzjoni ta’ Robert Abela li fis-seduta parlamentari tal-bieraħ allega li kien Adrian Delia li għadda d-dokument ta’ qabel il-budget li kien qed iħejji l-PN lill-PL.
Dan il-każ inqala’ meta l-Prim Ministru għamel l-allegazzjoni fil-konfront ta’ Adrian Delia fil-mument li beda jikkowta mill-istess dokument tal-PN.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-allegazzjoni tal-Prim Ministru kienet rapportata fil-ġurnali lokali u talab lis-Sedja biex tinvestiga dak li qal il-Prim Ministru waqt li tagħti ruling biex tordna li dan il-kliem ikun irtirat, sostanzjat jew kjarifikat.
Wara l-allegazzjoni tal-Prim Ministru, Adrian Delia mill-ewwel ċaħad dak li qal il-Prim Ministru.
//= $special ?>