Internazzjonali

Donald Trump jiddikjara r-rebħa tiegħu bħala President tal-Istati Uniti

Donald Trump jiddikjara r-rebħa tiegħu bħala l-President Elett tal-Istati Uniti għall-erba’ snin li ġejjin.

Trump iddikjara r-rebħa tiegħu quddiem folla f’Palm Beach, Florida, wara li jidher li anke kiseb kontroll tas-Senat u anke l-Kamra tar-Rappreżentanti.

Huwa mistenni li jaqbeż il-270 punt fl-electoral college, hekk kif kiseb l-Istati ta’ Ohio, Texas, Florida, Georgia u North Carolina. Huwa qiegħed fuq quddiem ukoll biex jikseb Pennsylvania, Michigan, Arizona u anke Wisconsin.

L-id il-leminija ta’ Trump se jkun JD Vance, il-Viċi President elett tal-Istati Uniti.

Trump kien il-45 President tal-Istati Uniti, li tilef il-battalja kontra l-President tal-Istati Uniti Joe Biden, fl-2020, fejn issa huwa elett bħala s-47 President tal-Istati Uniti.

Sa issa, għoddew 91% tal-voti, bl-amministrazzjoni ta’ Trump tikseb il-maġġoranza ta’ dawn il-voti.

Minn naħa tagħha, il-Viċi President Kamala Harris għandha sa issa, 185 punt elettorali fl-electoral college; fejn kisbet maġġoranza fl-istati ta’ New York, Illinois, Colorado, New Mexico, Virginia u anke California.