Donald Trump ġie kkonfermat rebbieħ fl-Istati ta’ Florida, Alabama, Tennesse, Montana, Oklahoma, Arkansas u South Carolina filwaqt li Kamala Harris rebħet l-Istati ta’ Massachusetts, Maryland, Delaware u l-Istat ta’ DC.
Dan fost l-għadd tal-voti fl-Istati ta’ bosta ‘battle-ground states’ fosthom Michigan, Pennsylvania u North Carolina, Stati importanti ferm li kemm Harris u kemm Trump iffukaw fuqhom sabiex dejjem jersqu viċin rebħa elettorali.
Stati oħra mistennija jkunu kkonfermati iktar ‘il quddiem, speċjalment dawk li huma fortizzi ta’ Trump u dawk ta’ Harris.
Min-naħa l-oħra, Harris qiegħda fuq quddiem fl-Istat ta’ Virginia, New Hampshire, Rhode Island, New Jersey u Illinois filwaqt li Trump jinsab minn fuq fl-Istati ta’ Texas u Georgia. F’Georgia xorta waħda mistennija tellieqa qalila bejn iż-żewġ kandidati.
//= $special ?>