Internazzjonali

Elezzjoni Stati Uniti 2024: Harris tirbaħ New York, Illinois u Colorado – Trump jirbaħ Texas u Ohio

Iktar riżultati bdew deħlin hekk kif issa l-postijiet ta’ votazzjoni fil-‘battle-ground states’ uffiċjalment għalqu, bir-riżultati minn ħin għal ieħor jibqgħu deħlin.

S’issa jidher li Donald Trump irnexxielu jikkonferma rebħa fl-Istati ta’ Ohio, Texas u Florida, apparti rebħiet b’saħħithom fi Stati oħrajn li huma meqjusin fortizza tar-Republikani.

Trump bħalissa għandu 195 punt elettorali fl-‘electoral college’. Dan apparti vantaġġi minimi fl-Istati meqjusa ‘battle-grounds’ ta’ Georgia u North Carolina.

Min-naħa l-oħra, Kamala Harris irnexxiela tirbaħ l-Istati ta’ New York, Illinois u anke Colorado, fost Stati oħra, ikkonfermati għall-Viċi President.

Harris b’hekk issa għandha 117-il punt elettorali fl-‘electoral college’, dan fost vantaġġi fl-Istat tant importanti ta’ Pennsylvania. Stat meqjus bħala wieħed deċiżiv għal rebħa elettorali.