Iktar Stati qed joħorġu bosta riżultati; fil-‘battle-ground‘ ta’ North Carolina, Trump jidher li rebaħ dan l-Istat, filwaqt li Michigan, Wisconsin u Pennsylvania d-differenza bejn Trump u Harris hija minima ħafna, b’Donald Trump issa b’vantaġġ żgħir fuq Kamala Harris f’Pennsylvania, filwaqt li Harris b’vantaġġ iżgħar fl-Istat ta’ Michigan.
Interessanti wkoll il-fatt li Donald Trump jidher li għamel traġitti kbar fejn jidħlu votanti żgħażagħ u Latini, madanakollu Harris xorta waħda tidher li qed tgawdi maġġorranza fiż-żewġ gruppi rispettivi.
Min naħa l-oħra Trump għadu qed igawdi minn vantaġġ fl-Istati ta’ Georgia u North Carolina, filwaqt li rebaħ iktar stati biex bħalissa qed igawdi 216-il punt elettorali fl-‘electoral college’.
Harris, minn naħa tagħha, ikkonfermat rebħiet fl-Istati ta’ California, Oregon, New Mexico u Virginia fost l-oħrajn. Harris qed tgawdi 211-il punt fl-‘electoral college’.
Min-naħa l-oħra, f’Arizona iż-żewġ kandidati jinsabu viċin sew ta’ xulxin.
S’issa jidher li fil-betting odds Trump jinsab il-favorit li jirbaħ din l-elezzjoni, peró minn aspett elettorali din it-tellieqa għall-White House hija viċin ħafna b’miljuni oħra ta’ voti li fadal jingħaddu.
Net News fis-6am ser jibda jxandar xandira diretta bl-aħħar aġġornamenti dwar l-Elezzjoni Presidenzjali fl-Istati Uniti.
//= $special ?>