Fl-erba’ snin li ġejjin, Donald Trump se jkun qed jimplimenta l-wiegħdi elettorati bħala prattika u fejn anki se jkun appoġġjat minn organizzazzjoni ta’ politiċi veterani u imprendituri li għandhom iservu bħala konsulenti għall-Gvern fid-diversi oqsma.
L-ekonomija: Donald Trump wiegħed biex itemm l-inflazzjoni f’pajjiżu u li jespandi l-produzzjoni lokali tal-enerġija. Parti mill-pjan jinvolvi t-tħaffir għaż-żejt fir-reġjun tal-Artiku bil-ħsieb li jonqsu l-prezzijiet tad-dawl.
It-Taxxi: Trump ippropona diversi qtugħ fit-taxxa (ekwivalenti għal triljuni ta’ dollari). Hu beħsiebu jiffinanzja dan il-qtugħ bi proġetti għat-tkabbir ekonomiku flimkien mat-tariffi fuq l-importazzjonijiet.
L-immigrazzjoni: Din kienet waħda mill-aktar issues importanti (key issues) fil-kampanja elettorali ta’ Trump u r-Repubblikani. Hu wiegħed biex jagħlaq il-fruntiera ta’ pajjiżu mal-Messiku permezz tat-tkomplija tal-bini tal-ħajt li kien wiegħed waqt l-ewwel terminu tal-Presidenza. Trump qed jaħseb ukoll biex iwettaq l-akbar deportazzjoni ta’ immigranti illegali fl-istorja ta’ pajjiżu.
Il-Klima: Trump qatt ma kien daqstant favur il-‘green politicis’ u mistenni li hu, ‘il quddiem, inaqqas mir-regoli li jillimitaw l-emissjonjiet tal-carbon dioxide. Mistenni wkoll li hu jwaqqaf l-impenn tal-Gvern preċedenti għall-introduzzjoni ta’ aktar vetturi li jaħdmu bl-elettriku.
L-Abort: Filwaqt li Trump mhux dejjem bagħat messaġġ konsistenti dwar l-abort, hu, waqt il-kampanja, issuġġerixxa li l-Istati Amerikani għandhom jiddeċiedu dwar il-legalità tal-proċess fuq bażi individwali.
//= $special ?>