Internazzjonali

Elezzjoni Stati Uniti 2024: Donald Trump jirbaħ Indiana, Kentucky u West Virginia – Harris tirbaħ Vermont

Fl-ewwel exit polls Trump jidher li ser jirbaħ Indiana u Kentucky filwaqt li Harris ser tieħu l-Istat ta’ Vermont.

Jagħlqu l-postijiet ta’ votazzjoni fl-Istati ta’ Georgia, South Carolina, Virginia, Vermont, Florida u North Carolina fost l-oħrajn. Hekk ifisser li ser jibdew deħlin riżultati mill-Istati ta’ Georgia u Florida żewġ stati importanti, b’Georgia meqjus bħala ‘battle-ground state’ f’din l-elezzjoni.

Fi Florida jidher li Donald Trump huwa l-favorit li jirbaħ l-Istat b’29 ‘electoral votes’. Georgia jidher li Trump għandu vantaġġ, peró għadu kmieni wisq biex tkun taf kif ser jiżvolġi l-vot fil-ħin li ġej. Min-naħa l-oħra, Kamala Harris qiegħda fuq quddiem fl-Istat ta’ Virginia u New Hampshire.

Iktar dettalji u riżultati mill-‘exit polls’ fil-ħin li ġej.