Sport

GREE Żurrieq Wolves Hotsticks jibdew il-Hockey 7s b’rebħa kbira

GREE Żurrieq Wolves Hotsticks bdew b’mod pożittiv l-impenji tagħhom fil-Hockey 7s meta b’wirja dominanti għelbu lil Floriana Young Stars 6-1.

Il-Hotsticks stabbilixxew vantaġġ bikri ta’ 5-1 sa tmiem it-tieni quarter sabiex fl-aħħar nofs siegħa setgħu jamministraw il-logħba.Kieran Borg, Carmine Francese, Niki Runza, Jayden Cutajar, Kurt Bonnici u Stefano Schembri kienu l-awturi tal-gowls ta’ Żurrieq, bil-Furjaniżi li naqqsu l-marġni tal-iskor minn Deemer Rapinett.

L-umpires kienu Keith Calleja u John Williams.

Matul dan tmiem il-ġimgħa ntlagħbet ukoll logħba mill-kampjonat ta’ taħt is-16-il sena fejn Qormi Daikin kisbu rebħa tennistika ta’ 6-0 kontra Floriana Young Stars. Giorgio Muscat kompla jikkonferma l-potenzjal tiegħu meta skorja erba’ gowls, filwaqt li Sam Cassar u Zachary Farrugia komplew iżidu l-iskor għall-Qriema.

L-umpires kienu Alessandro Amore u Oscar Toledano.