Lokali

Il-Pulizija tinvestiga każ serju ta’ ilma kontaminat f’zona ta’ Ħ’Attard

L-Erbgħa filgħaxija uffiċjali tal-Pulizija flimkien ma’ membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili waslu fi Triq Dun Mikiel Xerri fejn ġew imsejħa wara numru ta’ residenti rrapportaw riħa qawwija u li ma kienet tinxtamm xejn pjaċevoli.

Jidher li allegatament ir-riħa kienet ġejja minn element qawwi ta’ ammonja – bir-residenti jingħataw struzzjonijiet sabiex jaghlqu t-twieqi tagħhom u ma johorgux.

Sorsi qrib l-investigazzjoni spjegaw magħna li għajnejn l-investigaturi qed imorru lejn l-inħawi ta’ Ta’ Qali hekk kif allegatament is-sors tal-kontaminazzjoni huwa proprju minn hemm.

Mhux qed jiġi eskluż li sar xi rimi ta’ xi materjal u li wassal għal din il-kontaminazzjoni.