Sport

It-tieni edizzjoni tal-Malta Invitational Games

Il-Kumitat Olimpiku Malti ħabbar il-programm uffiċjali għat-tieni edizzjoni tal-Malta Invitational Games, li se tinkludi l-parteċipazzjoni ta’ aktar minn 200 atleta minn 16-il nazzjon.

Din is-sena, il-Logħob se jiffoka fuq il-kategoriji Taħt il-15 u Taħt it-18-il sena.

Il-Ġimgħa 8 ta’ Novembru
1430BadmintonSingles EventsSanta Lucia Secondary School
1830WaterpoloMalta B vs CyprusNational Pool, Tal-Qroqq
1945WaterpoloMalta A vs Rari Nantes CagliariNational Pool, Tal-Qroqq
Is-Sibt 9th November
0900BadmintonDoubles EventsSanta Lucia Secondary School
0900TaekwondoCadets & JuniorsNational Sport School, Pembroke
1730WaterpoloRari Nantes Cagliari vs CyprusNational Pool, Tal-Qroqq
1845WaterpoloMalta A vs Malta BNational Pool, Tal-Qroqq
Sunday 10th November
0900BadmintonMixed EventsSanta Lucia Secondary School
0900WaterpoloMalta B vs Rari Nantes CagliariNational Pool, Tal-Qroqq
1015WaterpoloMalta A vs CyprusNational Pool, Tal-Qroqq
1500SwimmingAvvenimenti KollhaCottonera Pool Complex

Id-dħul għall-kompetizzjonijiet kollha huwa b’xejn.

Id-Direttur tal-Isport tal-Kumitat Olimpiku Malti (KOM), Charlene Attard, irrimarkat li t-tieni edizzjoni ta’ dawn il-Logħob huma mal-linja tal-viżjoni tal-KOM li jżid l-opportunitajiet ta’ livell internazzjonali sabiex l-atleti żgħar – b’potenzjal biex javvanzaw għal Skemi Elite – ikollhom pjattaforma kompetittiva usa’.

‘L-investiment fiż-żgħażagħ tagħna huwa kritiku biex niżguraw li ntellgħu l-livell u nilħqu l-għanijiet fit-tul’, ikkonkludiet Attard.

Ċipru kien rebaħ l-ewwel edizzjoni tal-Logħob fl-2022 u spiċċa fl-ewwel post bil-20 midalja, 12-il deheb, 2 fidda u 6 bronż. Malta segwiet fit-tieni post b’total ta’ 25 midalja – 7 deheb, 10 fidda u 8 bronż. L-ewwel edizzjoni kienet tinkludi tliet dixxiplini – bowling, taekwondo u triathlon.

Il-Malta Invitational Games qegħdin jiġu organizzati bl-appoġġ ta’ SportMalta, l-Aquatic Sports Association of Malta, Badminton Malta, il-Malta Taekwondo Association, in-National Lottery, l-APS Bank, u General Soft Drinks.