Il-Ministeru tad-Difiża Ukren żvela li, għall-ewwel darba, is-suldati mill-Korea ta’ Fuq komunista kienu involuti fil-battalji mal-militar tal-Ukrajna. Dan wara li r-reġim fi Pyongyang bagħat il-kontinġenti tat-truppi biex jiġġieldu kontra l-Ukreni bħala alleati tar-Russja – u bil-pass iqajjem tħassib dwar dimensjoni ġdida lill-Gwerra tal-Ukrajna.
Il-Mexxej Ukren Volodymyr Zelensky, fl-aħħar jiem kien ikkundanna n-nuqqas ta’ reazzjoni mill-Punent għal dan il-fattur waqt li qal li ‘l-ewwel battalji tal-Ukreni mal-militar Korean komunista qed jiftħu kapitlu ġdid ta’ instabbiltà fid-dinja’.
Dan wara numru ta’ ‘inċidenti’ mat-truppi Koreani viċin il-fruntieri tal-gwerra – u meta l-Ukrajna temmen li hemm mal-11,000 suldat komunista fir-reġjun ta’ Kursk, fir-Russja, li parti kbira minnu hu okkupat mill-militar Ukren.
Ma kien hemm l-ebda kummenti min-naħa tar-Russja u l-Korea ta’ Fuq dwar l-aħħar żviluppi.
//= $special ?>