‘Bħala pożizzjoni ma nbidel xejn fil-klassifika. Kienet logħba wisq tattika u b’ħafna dettalji. Logħba li żgur ma’ kenetx sabiħa għall-ispettatur.’ Dawn kienu l-ewwel kummenti tal-kowċ ta’ Floriana Darren Abdilla wara d-draw ta’ mingħajr gowls kontra r-rivali eterni Sliema W. Abdilla kompla: ‘Konna milquta minn diversi injuries u b’hekk ma kienx hemm ħafna options minn fuq il-bank. Ovvja ma rridux nikkuntentaw b’punt iżda kienet logħba kontra tim tajjeb ħafna. Issa jmissna logħba kontra l-leaders Birkirkara li jinsabu għaddejjin minn forma eċċellenti. Iżda rridu nkunu pożittivi u fejn għandi fiduċja fl-iskwadra li għandi, fejn il-punti jintrebħu fil-ground u mhux f’dak li naħsbu.’
‘Qed noħolqu ħafna iżda nonqsu li niskurjaw’
- Paul Zammit, kowċ Sliema W. FC
‘L-għan tagħna kienu t-tliet punti u jekk inħares lejn ir-riżultat finali ma nkunx sodisfatt.’ Din kienet l-ewwel reazzjoni tal-kowċ ta’ Sliema Wanderers Paul Zammit fi tmiem il-partita kontra Floriana. Huwa kompla jelabora aktar. ‘Fl-ewwel taqsima konna dominanti iżda fit-tieni ħamsa u erbgħin minuta twalna wisq u dan kien ta’ benefiċċju għall-avversarji li daħlu aktar fil-logħba. Qed noħolqu ħafna okkażjonijiet ta’ skor imma mhux qegħdin nisfruttaw l-azzjonijiet f’gowls. Fadlilna logħba kontra Naxxar Lions li hija partita oħra diffiċli. Dan l-istaġun kull tim huwa ppreparat ħafna fejn ser nilagħbu kontra tim kompatt ħafna. Irridu nkunu lesti għad-diffikultajiet li jafu joħolqu Naxxar. Nispera li jirnexxilna nirkupraw xi player li jinsabu barra biex inkunu aktar b’saħħitna.’

Pawlu Zammit, kowċ ta’ Sliema Wanderers.
TIM TAL-ĠIMGĦA
Goalkeeper: Christoffer Mafoumbi (Floriana)
Difensuri: Alfred Silas (Hibernians), Nikolai Micallef (Naxxar Lions), Kurt Shaw (Hibernians)
Midfielders: Thaylor Aldama (Gżira United), Nathan Agius (Mosta), Bjorn Kristensen (Hibernians), Wescley Matos (Sliema Wanderers)
Attakkanti: Yuri Messias (Marsaxlokk), Maxuell Maia (Birkirkara), Alex De Paixao (Gżira United)
| KLASSIFIKA | PARTITI | PUNTI |
| Birkirkara | 10 | 28 |
| Floriana | 10 | 20 |
| Hibernians | 10 | 20 |
| Sliema Wanderers | 10 | 19 |
| Mosta | 10 | 15 |
| Gżira United | 10 | 14 |
| Ħamrun Spartans | 10 | 11 |
| Marsaxlokk | 10 | 11 |
| Melita | 10 | 9 |
| Balzan | 10 | 8 |
| Naxxar Lions | 10 | 7 |
| Żabbar St.Patricks | 10 | 4 |
LOGĦOB LI JMISS
L-Erbgħa 6 ta’ Novembru. 2024
Tony Bezzina Stadium
6.00pm Żabbar SP vs Melita
8.30pm Mosta vs Balzan
Il-Ħamis, 7 ta’ Novembru, 2024
Tony Bezzina Stadium
6.00pm M’Xlokk vs Hibernians
8.30pm Naxxar L. vs Sliema W.
Victor Tedesco Stadium
6.00pm Gżira Utd vs Ħamrun S.
Stadium Nazzjonali
8.30pm B’Kara vs Floriana
| L-AQWA SKORERS | GOWLS |
| Maxuell Samurai (Birkirkara) | 9 |
| Franklin Sasere (Floriana) | 7 |
| Gabriel Mentz (Gżira United) | 5 |
| Jurgen Degabriele (Hibernians) | 5 |
| Luke Montebello (Ħamrun Spartans) | 5 |
| Andre (Melita) | 5 |
| Alex Tanque (Marsaxlokk) | 4 |
| Udoyen Akpan (Balzan) | 4 |
| Lecao (Gżira United) | 4 |
| Joseph Mbong (Ħamrun Spartans) | 4 |
| CLEAN SHEETS | NUMRU |
| Birkirkara | 7 |
| Sliema Wanderers | 6 |
| Floriana | 5 |
| Hibernians | 5 |
| Gżira United | 2 |
| Mosta | 2 |
| Melita | 2 |
| Ħamrun Spartans | 1 |
| Balzan | 1 |
| Naxxar Lions | 1 |
| Żabbar St.Patricks | 1 |
| Marsaxlokk | 0 |


