Lokali Parlament

Malta għandha tkompli tkun forza għad-djalogu internazzjonali


Alex Borg, PN


Ix-Shadow Minister tal-Oppożizzjoni għal Għawdex Alex Borg qal fil-Parlament li Malta għandha tkompli tkun forza għad-djalogu internazzjonali u sostna li Malta qed tibni pontijiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi oħra bil-ħolqien ta’ opportunitajiet ġodda.

Fid-dibattitu parlamentari dwar il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ, Alex Borg sellem lill-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola u lill-Kummisarju Ewropew ta’ Malta Glen Micallef u qal li dawn qed jagħmlu unur lil Malta billi jsaħħu l-leħen tal-pajjiż fuq livell Ewropew.

Hu tkellem dwar ir-rwol ta’ Malta fl-Ewropa u qal li Roberta Metsola qed tiddefendi l-interessi ta’ Malta fuq livell Ewropew waqt li l-ħatra ta’ Glenn Micallef hi ħatra ta’ importanza għal Malta għaliex din il-kariga se tmiss maċ-ċittadini Ewropew kollha.

Id-deputat Nazzjonalista qal li Malta qed tfittex li tkun ħolqa fil-katina ta’ pajjiżi li qed jiġġieldu favur l-ambjent.