Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara li dgħajsa ħadet in-nar f’Dellimara.
Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija rriżulta li raġel ta’ 46 sena residenti ż-Żurrieq sofra ħruq f’ġismu wara li dgħajsa li kien fuqha ħadet in-nar.
Minnufieh marru ambulanza, Pulizija, il-Forzi Armata ta’ Malta u anke l-Protezzjoni Ċivili li sabu lir-raġel fil-baħar.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei mit-tim mediku fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Il-Maġistrat Antoine Agius Bonnici ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.
//= $special ?>