Raġel li l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa, weġġa’ serjament wara li waqa’ madwar erba’ sulari minn gallarija ta’ residenza f’San Ġwann.
Fil-post isejħu minnufih il-Pulizija, tim mediku u ambulanza li ħadu l-vittma l-Isptar Mater Dei fejn huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:30am fi Triq San Franġisk, San Ġwann.
Il-Maġistrat Antione Agius Bonnici ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.
//= $special ?>