Lokali

Raġel qed jissielet għal ħajtu wara li weġġa’ waqt li kien qed jagħmel xogħol fl-Imqabba

Raġel ta’ 41 sena residenti s-Siġġiewi, qed jissielet għal ħajtu wara li weġġa’ waqt li kien qed jagħmel xogħol fl-Imqabba.

Mill-ewwel stħarriġ jidher illi r-raġel Albaniż weġġa’ waqt li kien qed jagħmel xogħol fi Sqaq ix-Xagħri l-Imqalleb fl-Imqabba.

Huwa ingħata l-ewwel għajnuna mill-kollegi tiegħu li ħaduh l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.

Il-Maġistrat Antoine Agius Bonnici fetaħ inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awotrità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejin.