Lokali

Raġel u mara weġġgħu f’inċident bil-quadbike

Kmieni l-Erbgħa waranofsinhar għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ waranofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq ta’ Għajn Ħosna, ix-Xagħra, Għawdex.

Madankollu, il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel Inġliż ta’ 57 sena li kien qed issuq il-quadbike u mara Inġliża ta’ 54 sena li kienet passiġġiera fuq dan il-quadbike, tilfu l-kontroll ta’ dan il-quadbike.

Intant, fuq il-post issejjaħ tim mediku fejn ħa r-raġel u l-mara l-Ipstar Ġenerali ta’ Għawdex għal aktar kura medika, fejn dawn ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.

Għaldaqstant, l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.