Internazzjonali

RAPPORTI: Donald Trump mistenni jkun mill-ġdid President Elett tal-Istati Uniti

Rapporti qed jindikaw li Donald Trump mistenni jkun mill-ġdid President Elett tal-Istati Uniti sabiex ikun is-47 President Amerikan.

Dan qed jirrapportah Fox News hekk kif qed jingħaddu l-voti fl-elezzjoni presidenzjali bejn l-istess Donald Trump mill-Partit Repubblikan u Kamala Harris mill-Partit Demokratiku.

Minn hawn u ftit tal-minuti oħra Trump mistenni jindirizza l-poplu Amerikan fejn mistenni jħabbar it-tieni r-rebħa tiegħu, b’Kamala Harris, il-Viċi President Amerikan attwali tal-President Joe Biden mistennija tikkonċedi t-telfa.

Ir-rapporti fuq l-istazzjonijiet Amerikani kollha kemm huma qed jindikaw li Trump mhux biss se jkun qed jirbaħ il-Presidenza iżda l-Partit tiegħu mistenni jirbaħ il-Kungress u s-Senat, għal poter assolut.

Iċ-ċifri qed jindikaw li Donald Trump mistenni jirbaħ rebħa ferm b’saħħitha b’mewġa evidenti favurih.