Futbol Sport

Ħamrun Spartans mal-ewwel sitta b’rebħa fl-aħħar minuti kontra Gżira

(Ritratt: Joseph Galea)

GŻIRA UNITED………………………1

ĦAMRUN SPARTANS…………….2

Gżira United: D.Zarkov, G.Bohrer, E.Pepe, A.Borg, T.Aldama, Z.Scerri, M.Dias, L.Riascos, S.Christian, A.De Paixao (F.Zuniga 87’), T.Espindola (F.Hassany 90+6’)

Ħamrun Spartans: H.Bonello. S.Xerri, D.Letherby (K.Scicluna 90+6’), R.Prsa, E.Freitas, G.Vella (J.Mbong 46’), M.Barbosa (V.Da Silva 79’), S.Attard, E.Marcellina, R.Camenzuli (J.Corbolan 79’), L.Raphael

Referee: Philip Farrugia

Wara sensiela ta’ riżultati negattivi, Ħamrun Spartans irnexxielhom idawru l-forma u jagħmluha mal-ewwel sitta tal-ewwel rawnd tat-360Sports Premier Malta meta għelbu lil Gżira United b’żewġ gowls fl-aħħar mumenti tal-partita bl-iskor finali jkun 2-1.

L-ewwel taqsima nieqsa mill-gowls, madankollu l-Maroons irnexxielhom isibu l-gowl li kienu qed ifittxu fit-53 minuta meta Alex De Paixao Alves għeleb lil Henry Bonello b’xutt mill-viċin.

Hekk kif kollox kien jidher li Gżira kkonfermaw posthom mal-ewwel sitta, fis-86 minuta ż-żagħżugħ Daniel Letherby sab ix-xibka għall-gowl tad-draw, qabel il-vetetan Emerson Marcellina sab ix-xibka b’daqqa ta’ ras mill-isbaħ biex jitfa’ lill-Ispartans mal-ewwel sitta.

Il-President ta’ Ħamrun Joseph Portelli jifraħ mal-iskorer tal-gowl tar-rebħa Marcellina (Ritratt: Joseph Galea)

Raphael Lopes ta’ Ħamrun jaqbeż lil Andrew Borg ta’ Gżira (Ritratt: Joseph Galea)