L-attenzjoni tad-dinja, fil-preżent, qed tikkonċentra wkoll fuq ir-relazzjonijiet bejn l-Istati Uniti tal-President-elett Donald Trump u l-Alleanza tan-NATO li twaqqfet għad-difiża tal-paċi fil-Punent.
Is-Segretarju Ġenerali tan-NATO, Mark Rutte – waqt li rrefera għall-involviment tal-Korea ta’ Fuq fil-gwerra tal-Ukrajna u t-trasferiment tat-teknoloġija lill-istess Korea komunista min-naħa tar-Russja – esprima x-xewqa li jiltaqa’ ma’ Trump biex jeżaminaw ‘flimkien’ dan it-theddid għall-istabbiltà tal-komunità internazzjonali.
Rutte spjega li l-partnership li żviluppa bejn ir-Russja u l-Korea ta’ Fuq mhux biss għandu jitqies bħala perikoluż għas-setturi Ewropej tan-NATO, iżda wkoll għall-Istati Uniti nnfisha.
Dan meta n-NATO, ftit tal-jiem ilu, qalet għall-ewwel darba li t-truppi tal-Korea ta’ Fuq qed ikunu stazzjonati fir-Russja biex jintużaw (minn Moska) għall-aggressjoni fuq l-Ukrajna. Sitwazzjoni li l-Alleanza fissritha bħala ‘eskalazzjoni sinifikattiva’ tal-konflitt fl-artijiet Ukreni u li se tħalli impatt għall-kontinent tal-Ewropa.
//= $special ?>