Lokali

Ingliż fil-periklu tal-mewt wara argument li żviluppa bejn numru ta’ anzjani

Anzjan Ingliż ta’ 70 sena qed jissielet għal ħajtu wara li kien involut f’argument li żviluppa bejn numru ta’ anzjani għall-ħabta tal-10:30am fi Triq it-Tartarun, San Pawl il-Baħar.

Tim mediku ta l-assistenza lill-vittma li ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Żewġt irġiel Ingliżi, ta’ 85 u 72 sena residenti San Pawl il-Baħar, flimkien ma’ Malti ta’ 72 sena residenti Birżebbuġa, qed jinżammu arrestati mill-Pulizija.

Il-Maġistrat Antoine Agius Bonnici ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.