Lokali

“Jekk Bartolo u Camilleri ma jirriżenjawx minn jeddhom, Robert Abela għandu jkeċċihom” – Bernard Grech

Jekk il-Ministru Clayton Bartolo u l-Ministru Clint Camilleri ma jirriżenjawx minn jeddhom, Robert Abela għandu jkeċċihom.

Hekk sostna l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fuq il-paġna uffiċjali tiegħu ta’ Facebook, b’referenza għal frodi sfaċċat, li seħħ minn dawn iż-żewġ Ministri li suppost qed jirrappreżentaw lill-poplu.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista spjega kif ir-rapport tal-Kummissarju għall-Istandards ippubblikat ftit ilu, sab li Clayton Bartolo u Clint Camilleri wettqu frodi bi flus il-poplu fl-impjieg fantażma li ngħata miż-żewġ Ministri lill-mara tal-Ministru Bartolo.

Dan filwaqt li int qed tiġġieled biex tlaħħaq mal-ħajja, dawn qed jisirquk, għalhekk, għandhom jirriżenjaw mill-ewwel, kompla jgħid Bernard Grech.

Il-poplu qed jistenna azzjoni, mhux iktar paroli biss. Robert Abela għandu jieħu azzjoni immedjata dwar dan l-abbuż tal-Ministri tiegħu, temm jgħid Bernard Grech.