Lokali

L-Ewwel Festival Malti tal-Ideat

Għall-ewwel darba, id-Direttorat tal-Kultura qed jippreżenta The Malta Festival of Ideas/ Il-Festival Malti tal-Ideat; Involvi, dawwal u ispira.

Dan huwa festival iddedikat għal attivitajiet favur il-familja mfassal biex jappellaw għall-etajiet u l-interessi kollha b’enfasi fuq l-impenn tal-komunità lejn soluzzjonijiet innovattivi u kreattivi għal waħda mill-aktar sfidi urġenti ta’ żmienna; dik tat-tibdil fil-klima. Fil-fatt, it-tema għall-edizzjoni inawgurali hija ‘Reimagining Tomorrow: Creative Responses to Climate Change.’ Permezz ta’ dan il-festival, is-soċjetà se tkun aspirata permezz tal-qawwa tal-ideat, l-edukazzjoni u l-kreattività.

Għalhekk, programm sħiħ ta’ avvenimenti; 12-il avveniment f’erbat ijiem; minn fora dwar l-effetti tat-tibdil fil-klima għal kunċerti (kunċert tal-għeluq mill-MPO fid-9 ta’ Novembru) u wkoll jum għall-familja dan is-Sibt; immirat għal dawk li jattendu fejn se jipparteċipaw fi vjaġġ fiż-żmien, jaraw l-effetti tad-deforestazzjoni, isibu soluzzjonijiet għal futur aktar sostenibbli u jqisu l-effetti tat-tibdil fil-klima fuq l-ekonomiji lokali, l-ekosistemi, u l-komunitajiet permezz ta’ sett sinifikanti ta’ stejjer ibbażati fuq realtà –avvenimenti dinjija. Dan qed jittella’ b’kollaborazzjoni mad-Direttorat għal-Litteriżmu Diġitali u Ħiliet Trasversali fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni.

Interessanti u innovattivi

Huma 4 fora li qed isiru u li huma interessanti u innovattivi.

L-Isfidi tat-Tibdil fil-Klima fuq il-Wirt: Flimkien mal-kelliema, se nitgħallmu dwar is-soluzzjonijiet l-aktar avvanzati li qed jiġu żviluppati biex nipproteġu l-wirt tagħna għall-ġenerazzjonijiet futuri. (Dan se jsir fis-6 ta’ Novembru: 16.00-18.00 fil-Grand Salon, Mużew tal-Arkeoloġija, Valletta.)

Tibdil fil-Klima: Stil ta’ Ħajja u Turiżmu. Nifhmu kif it-tibdil fil-klima qed ifassal mill-ġdid il-mod kif nivvjaġġaw u niskopru strateġiji oħra li jistgħu jittrasformaw il-futur tat-turiżmu (Dan se jsir fis-7 ta’ Novembru: 16.00-18.00 fil-Grand Salon, Mużew tal-Arkeoloġija, Valletta.)

Sfidi arkitettoniċi f’termini ta’ Tibdil fil-Klima: Se jikun esplorat kif it-tibdil fil-klima qed tinfluwenza d-disinn u l-kostruzzjoni tal-bini. (Dan se jsir fit-8 ta’ Novembru: 11.00-13.00 fil-Grand Salon, Mużew tal-Arkeoloġija, Valletta)

Dinamika tal-Klima: L-impatt tal-umanità u r-reazzjonijiet globali. Għarfien dwar kif l-attività umana qed tinfluwenza t-tibdil fil-klima u l-effetti tagħha fuq il-pjaneta tagħna. (Dan se jsir fit-8 ta’ Novembru: 16.00-18.00 fil-Grand Salon, Mużew tal-Arkeoloġija, Valletta)

Il-Festival Malti tal-Ideat joffri erbat ijiem stimulanti ta’ taħditiet, preżentazzjonijiet, workshops, kunċerti, teatru, u wirjiet taż-żfin. Akkademiċi distinti nazzjonali u internazzjonali, artisti viżivi u artistiċi flimkien ma’ kelliema rinomati mad-dinja kollha, se jkollhom rwol ewlieni f’dawn l-avvenimenti.

Żur https://festivalofideas.mt għall-programm sħiħ.