Lokali

Raġel jittajjar u ieħor jitlef il-kontroll tal-mutur f’inċidenti separati

Żewġt irġiel ittieħdu l-Isptar Mater Dei wara li sofrew minn ġrieħi gravi f’inċidenti separati.

L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tas-6:30 pm, fi Triq iż-Żejtun, Ħal Tarxien. Mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li anzjan ta’ 70 sena minn Ħaż-Żabbar, intlaqat minn Ford Transit li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 51 sena residenti Ħaż-Żabbar.

Fit-tieni inċident, li seħħ għal xi s-1am, raġel ta’ 42 sena, residenti Birżebbuġa, weġġa’ fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ. Jirriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq mutur Yamaha, tilef il-kontroll u waqa’.

Tim mediku assista fiż-żewġ inċidenti u ż-żewġ vittmi ttieħdu l-isptar b’ambulanza fejn ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.