Rachael Gunn, magħrufa aħjar bħala Raygun, ħarġet fil-beraħ tgħid li hi mhix se tkun qed tieħu sehem f’kompetizzjonijiet oħra tal-breakdancing wara li f’Awwissu li għadda kienet ġiet redikolata waqt l-Olimpjadi f’Pariġi.
Waqt intervista li kellha fuq 2DayFM, Raygun qalet li l-karriera professjonali tagħha ġiet fi tmiemha tant li llum il-ġurnata tipprattika l-breakdancing id-dar mas-sieħeb tagħha biss.
Hi saħqet li fuq moħħha dejjem kellha li tkompli tikkompeti, iżda l-esperjenza fl-Olimpjadi tefgħetha wisq lura tant li bidlet il-ħsieb li tkompli. Fil-fatt, Raygun tant kellha reazzjonijiet ħarxa li ġiet offruta għajnuna għas-saħħa mentali tagħha.
//= $special ?>