Quddiem il-fatt li kull persuna f’Malta u Għawdex qed tħoss l-impatt tal-overpopulation li kienet ir-riżultat ta’ mudell ekonomiku ibażżat fuq il-kwantita u mhux il-kwalità….
U quddiem il-fatt li kull ħin tal-ġurnata t-traffiku qed ikun iġġamjat u li dan qed iwassal għal impatt negattiv fuq is-saħħa tan-nies…
Il-Ministru Julia Farrugia Portelli responsabli mill-wellbeing taċ-ċittadini… qalet biss li s-soċjetà “qatt ma tista’ tkun sana mija fil-mija.”
Din id-dikjarazzjoni saret fi tmiem konferenza tal-aħbarijiet li hi indirizzat mal-Ministru Stafen Zrinzo Azzopardi.
Intant, Net News staqsa wkoll lill-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi dwar il-‘Viżjoni 2050’ li l-Gvern beda jsemmi fl-aħħar jien.
Viżjoni li se tkun qed issir mill-barranin – turija ċara li l-Prim Ministru Robert Abela mhux vera qed jisma’ l-karba tan-nies, u lest joqgħod fuq il-konsulenti barranin.
Kliem li bih qed jimplika li l-aqwa servizz lill-poplu Malti u Għawdxi jista’ jingħata biss bl-esperti barranin .
//= $special ?>