Lokali

Vettura tieħu n-nar taħt il-mini ta’ Paceville

Ftit tal-ħin ilu vettura ħadet in-nar fil-mini ta’ San Ġiljan direzzjoni lejn Paceville.

Uffiċjali tal-Pulizija kkonfermaw li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:30 ta’ filgħodu, u li s-sewwieq laħaq ħareġ mill-karozza.

Fil-post issejħu l-uffiċjali tal-Pulizija kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivli.

Jidher li fiz-zona nġabar ammont kbir ta’ traffiku.