Wara d-diżastru fil-belt ta’ Valencia, l-għarghar wasal fir-reġjun ta’ Girona fejn it-temp estrem kaxkar 30 karozza fil-villaġġ ta’ Cadaques – bil-vetturi spiċċaw taħt pontijiet li sfaw mirdumin.
Is-servizzi meteoroloġiċi ta’ Cadaqués spjegaw li niżlet 76.8mm (3 pulzieri) ta’ xita, u madwar 100mm ta’ xita fil-villaġġi tal-madwar.
Spanja esperjenzat 72% ta’ żieda fl-ammont ta’ xita mill-1 ta’ Ottubru sal-5 ta’ Novembru aktar min-normal. Bl-esperti jgħidu li dan seħħ kaġun tat-tibdil fil-klima.
Intant, l-awtoritajiet Spanjoli kienu fil-mira ta’ kritika qawwija għall-mod kif ma tawx biżżejjed notifiċi ta’ emerġenza bħala prekawzjoni. Fil-fatt bosta qed isaqsu min għandu jerfa’ din ir-responsabbiltà.
Fiż-żjara tagħhom, ir-Re u Regina ta’ Spanja flimkien mal-Prim Ministru ta’ Spanja ġew issuttati bit-tajn u ġew akkużati li huma maqtugħin mir-realtà ta’ min qed jgħaddi mit-tragedja.
Waqt l-istess żjara, tifel ta’ 16-il sena beda jibki u jgħid li tilef kollox. Mal-ħin, il-folla bdiet titqanqal b’iżjed emozzjonijiet li wasslet lir-Re u r-Reġina jiġu skortati ‘l barra mill-folla li nġabret fil-post.
//= $special ?>