NET NEWS illejla se jkun qed jixxandar aktar kmieni mis-soltu minħabba li fuq Net TV se jkun qed jitwassal il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista.
Ix-xandiriet se jibdew fis-6pm, bil-bulettin tal-aħbarijiet. Imbgħad eżattament wara titwassal xandira diretta tat-tieni sessjoni tal-Kunsill Ġenerali. Din ix-xandira tibqa’ sejra sad-9pm.
It-tielet u l-aħħar sessjoni tal-Kunsill Ġenerali se ssir il-Ħadd filgħodu, bl-għeluq minn naħa tal-Kap tal-PN Bernard Grech.
//= $special ?>