Lokali

Il-magna tal-Labour tuża lil Neville Gafà biex tkompli xxerred fake news

F’post fuq l-midja soċjali, l-Eks Prim Ministru Lawrence Gonzi irreaġixxa għall-blog li kiteb Neville Gafà wara li dalgħodu kiteb ‘fake news’ fejn allega li Lawrence Gonzi kien impjega lil ħu l-mara tiegħu.

Lawrence Gonzi qal li dak li kiteb Neville Gafà fil web-page tiegħu mhu xejn ħlief gidba oħra sfaċċata tal- Partit Laburista għaliex Leonard Callus ma jiġix mill-mara tiegħu, la mill-viċin u l-anqas mill-bogħod. Iżda inzerta għandu l-istess kunjom li mara tiegħu kate kellha meta kienet għadha xebba.

Dan turi kif il-Gvern Laburista jinsab verament dahru mal-ħajt hekk kif qiegħed juża kull mezz ta’ kif jattakka u jinqeda b’persuni differneti sabiex ixandru fake news.