F’żewġ deċiżjonijiet tal-Awtorità tax-Xandir, il-PBS instab ħati li kiser direttiva tal-Awtorità tax-Xandir dwar ir-riklami tal-Budget.
Wara li l-Public Broadcasting Services baqa’ jisfida anke l-ordni tal-Qorti u baqa’ jxandar riklami politiċi, l-Awtorità tax-Xandir ordnat lill-PBS biex ma jxandar l-ebda riklam dwar il-Budget mingħajr l-approvazzjoni tal-istess Awtorità. Il-PBS kiser din id-direttiva tal-inqas darbtejn u għalhekk instab ħati talli xandar dawn ir-riklami illegalment.
Għax hu dgħajjef, Robert Abela qed iġiegħel lill-PBS jikser il-liġi billi jxandar riklami illegali.
Il-Partit Nazzjonalista se jkompli jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex Robert Abela u l-Gvern tiegħu jieqfu jużaw l-istazzjon li suppost huwa tan-nies, daqslikieku huwa Super One 2.
Fil-proċeduri quddiem l-Awtorità tax-Xandir, irrappreżentaw lill-PN is-Segretarju Ġenerali Michael Piccinino u l-Avukat Paul Borg Olivier.
Dan kollu ħareġ fi stqarrija ffirmata mix-Shadow Minister Claudette Buttigieg.
//= $special ?>