Edukazzjoni Knisja Lokali

Inkunu strumenti biex fid-dinja jkun hawn iżjed ġustizzja, sewwa, tjubija, imħabba u sliem – L-Arċisqof Scicluna lill-gradwati tal-MCAST

Ritratti: MCAST

Hekk kif l-istudenti tal-MCAST għadhom fil-għama hekk kif il-Gvern jibqa’ ma jsibx ftehim dwar it-triq ’il quddiem tal-lecturers f’din l-istituzzjoni edukattiva f’pajjżna minkejja li l-ftehim ilu li skada s-snin, saret xorta l-quddiesa ta’ radd il-ħajr lil Alla, immexxija mill-Arċisqof Charles Scicluna għall-gradwati l-ġodda tal-MCAST, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, fil-Belt Valletta.

F’omelija li saret ilbieraħ filgħaxija, l-Arċisqof ħeġġeġ lill-gradwati ġodda biex inkunu strument ta’ rikonċiljazzjoni bil-ħiliet kollha tagħhom u jkunu rifless tal-atteġġjament ta’ Ġesù li hu rifless verament inklussiv. Talabhom ukoll li ikunu “strumenti biex fid-dinja jkun hawn iżjed ġustizzja, sewwa, tjubija, imħabba u sliem”.

Monsinjur Arċisqof fakkarhom li Alla ma jinsiena qatt anki meta ninsewh aħna u li għalkemm aħna midinbin u ngħaddu minn xiex ngħaddu, hu xorta jilqagħna u jqisna ħbieb tiegħu.

Fi tmiem il-quddiesa, l-Arċisqof awgura lill-istudenti “ħajja twila, ħafna ferħ u li tużaw dak kollu li l-Mulej takom għall-ġid” kif ukoll talab għall-interċessjoni ta’ Carlo Acutis fuqhom, li minkejja l-ħajja qasira tiegħu, “uriena t-triq li nagħżlu s-sewwa, is-sbuħija u nħallu lil Ġesù wkoll isibna”.