Illejla qed titlaqqa’ t-tieni sessjoni tal-Kunsill Ġenerali bit-tema ‘Malta Żagħżugħa’.
Il-Kunsill Ġenerali kien indirizzat minn diversi kelliema, fosthom Helge Lytteroy L’Orange, President tal-Alleanza taċ-Ċentru Lemin tal-LGBTIQ+, illi enfasizza l-importanza tad-djalogu miftuħ bejn pajjiżi Ewropej ta’ tradizzjonijiet politiċi differenti, partikolarment permezz tal-kollaborazzjoni mal-Partit Nazzjonalista. Filwaqt li rrimarka l-approċċi differenti tal-politika tal-LGBTIQ+ fl-UE, L’Orange enfasizza l-ħtieġa ta’ djalogu dwar il-politiki ta’ inklużjoni fuq livell nazzjonali, kif ukoll ħeġġeġ lill-membri biex jieħdu pożizzjonijiet internazzjonali.
Ix-Shadow Minister għal Għawdex Alex Borg fid-diskors tiegħu tkellem dwar l-prinċipji tal-Partit Nazzjonalista, li minn dejjem żamm il-vantaġġi tal-Maltin u l-Għawdxin fi ħsiebu. Filwaqt li faħħar lill-partit bħala partit tal-bidla u tan-nazzjon, Borg saħaq fuq il-prijoritajiet li għandhom iwasslu lill-Maltin u l-Għawdxin ‘il quddiem b’futur fejn iż-żgħażagħ iħossuhom motivati. Huwa enfasizza wkoll il-viżjoni tal-partit biex joħloq mudell ekonomiku ġdid, wieħed li joffri tama u prosperità għall-familji, iż-żgħażagħ, u l-pensjonanti.
Julie Zahra, ix-Shadow Minister għal Wirt Nazzjonali, l-Arti, u l-Kultura, iddiskutiet it-tema tal-Kunsill Ġenerali, ‘Malta Żagħżugħa,’ u saħqet fuq kif il-pajjiż għandu jkompli joħlom għal Malta ġdida u b’saħħitha. Zahra qalet li ż-żgħażagħ għandhom ikollhom l-opportunità li japprezzaw il-wirt tagħhom u jħarsu lejn il-futur, iżda llum, ħafna minnhom, partikolarment artisti, qed isibu li m’hemmx prospetti ta’ xogħol ħlief għall-ftit. Il-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista, spjegat Zahra, mhix biss slogan imma wegħda li kull żagħżugħ ikun jista’ jsib opportunitajiet biex jagħti kontribut għal Malta aħjar.
Is-Sindku ta’ Balzan u President tal-FPPN, Angelo Micallef, ikkummenta fuq il-politika ta’ tkabbir tal-popolazzjoni li l-gvern tal-Labour qed isegwi, li qal qed toħloq aktar problemi milli soluzzjonijiet. Huwa tenna l-ħtieġa għal pjan ġdid u holistiku, fejn il-gvern jagħmel għażliet ibbażati fuq il-bżonnijiet tan-nies u jaħdem b’mod miftuħ ma’ dawk kollha involuti sabiex jinbena mudell ekonomiku li jagħti futur aħjar għal kulħadd.
Enya Abela Kunsilliera Lokali taż-Żejtun sostniet li żgħażagħ Maltin huma żgħażagħ li jaspiraw ‘l quddiem – però l-Gvern mhux jgħin liż-żgħażagħ jagħmlu dan għaliex tilef il-kontroll ta’ kollox tilef id-direzzjoni u l-motivazzjoni biex imexxi. Madanakollu hi sostniet li l-PN dejjem poġġa lil pajjiż u l-bniedem fiċ-ċentru tal-politika tiegħu u ser jagħmel dan jekk il-poplu jeleġġih sabiex imexxi lil dan il-pajjiż ‘l quddiem.
Ivan Bartolo Shadow Minister għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli, il-Pensjonijiet u l-Ġlieda Kontra l-Faqar sostna li qed ngħixu f’pajjiż li l-Gvern qed jabbanduna eluf kbar ta’ nies li qed jgħixu fil-faqar, fejn bħal issa għandna mal-100,000 ruħ li qed jgħixu fil-faqar. B’hekk Malta Żagħżugħa ġġib d-dinjità tal-bniedem l-ewwel, f’Malta Żagħżugħa tħossok valudat u rridu nemmnu u nikkonvinċu bil-fatti u r-raġuni minajr l-ebda’ partiġġjaniżmu – nikkonvinċu lil dawk li qatt ma reqsu lejn il-PN fil-passat, però issa lesti li jafdaw dan il-Partit li ser jaħdem sabiex jasal b’għaqal frott it-tmexxija ta’ Bernard Grech
Il-Viċi Sindku tas-Swieqi Jordan Galea Pace sostna li qed jaħdem sabiex ir-residenti jkunu jistgħu jħossuhom utli, b’politiċi li jġibu l-ewwel l-interess tal-poplu u mhux l-interess tagħhom personali u dawk ta’ madwarhom. Hu sostna li bħala Maltin qatt ma baxxejna rasna u rridu niġġildu għaliex il-poplu Malti qiegħed jibbaża fuq il-Partit Nazzjonalista li jbiddeln lil dan il-pajjiż.
Julian Borg, Sindku Nazzjonalista tas-Siġġiewi tkellem dwar kemm il-Gvern Laburista jinsab maqtugħ mir-realta – b’sistema ta’ saħħa u edukattiva li mhux tlaħħaq, apparti infrastruttura li qed tikrolla. Għalekk u sostna li rridu niskopru l-kapaċitajiet u l-abbiltajiet tal-poplu u pajjiżna. L-effett ta’ Malta Żagħżugħa irid jibda’ minn fuq il-mejda tal-kċina, fejn il-familji Maltin u Għawdxin ma jiddiskutux l-kriżijiet tal-prezzijiet, jew l-fatt li uliedhom iridu jitilqu mill-pajjiż. Imma jiddiskutu fuq futur sabiħ ta’ Malta serena – Malta mimlija opportunitajiet, u dan jista’ jġibu biss Partit Nazzjonalista fil-Gvern immexxi minn Bernard Grech sabiex pajjiżna jieħu r-ruħ.
Ylenia Montefort Kunsilliera Lokali tal- Belt Valletta għaddiet messaġġ li l-Partit Nazzjonalista fil-Gvern fetaħ l-opportunitajiet beraħ liż-żgħażagħ, fejn fetaħ l-MCAST, L-ITS u l-Univeristà ta’ Malta miftuħa beraħ għal kulħadd. Partit Nazzjonalista kien katalist sabiex Malta tingħaqad fl-Unijoni Ewropea u b’hekk resaq lejn pajjiżna investiment kbir. Għalekk hi sostniet li l-Partit Nazzjonalista jinsab lest sabiex jiggverna u fadal biss lilna biex ningħaqdu u neleġġu Gvern li jġib l-ewwel l-interess ta’ pajjiżna
Mario De Marco Shadow Minister għat-Turiżmu sostna li fil-passat il-PN kien bena mill-ġdid Malta Żagħżugħa u issa reġa’ wasal iż-żmien li nbiddlu d-drezzjoni għaliex il-Partit Nazzjonalista llum ingħata raġun rigward il-problemi li għandna llum, speċjalment dik tal-popolazzjoni. B’hekk hemm bżonn li l-PN iġib lil kulħadd flimkien sabiex isolvi l-problemi kbar li ħoloq dan il-Gvern. Hu tkellem fuq il-fatt li l-PN irid jkompli jaħdem sabiex jkun id-dar naturali għal dawk kollha li jridu jkunu protagonisti tal-bidla. Mario De Marco sostna li l-politika tal-partit trid tkun waħda li tirrifletti l-problemi tal-lum u għada, minajr qatt ma niċħdu l-ideali Demo-Kristjani li sawru l-Parti Nazzjonalista.
Il-Viċi Sindku tal-Furjana James Aaron Ellul – il-politika trid tkun mezz ta’ servizz għall-poplu u mhux għas-servizz tal-politiċi. Hu tkellem fuq il-fatt li hemm bosta nies li jkunu ħadmu kemm felħu u xorta ma jistax ilaħqu mal-ħajja. Din però m’għandix toqtol it-tama li għandna f’qalbna, għax irridu niftakru li l-Partit Nazzjonalista qiegħed hemm sabiex jilqa’ fi ħdanu lil dawk kollha li jridu bidliet kbar fejn l-għażliet li nagħmlu llum jikkontribwixxu għall-futur sabiħ għall-ġenerazzjonijiet futuri. Hu tkellem li rridu ninvestu fl-ambjent tagħna, filwaqt li nersqu ‘l bogħod mill-politika tan-numri imma għal ekonomija li taħdem għal kulħadd fejn mill-kbir saż-żgħir jkun jista’ jgħix fid-dinjità.
Ix-Shadow Minister għat-Tibdil fil-Klima u l-Indafa Pubblika Eve Borg Bonello, sostiet li l-Labour huwa Gvern mifni b’apatija li fniet lil pajjiżna bil-korruzzjoni li kissret il-valuri u l-ekonomija ta’ Malta u Għawdex. Hi semmiet kif ir-ruħ żagħżugħa xprunat bidliet fit-tmeninijiet, it-tneħħija tal-Prim Ministru Joseph Muscat waqt it-tfittxija għal verità, l-istess ruħ li biddlet lil pajjiżna matul iż-żmien.
Frederick Aquilina kunsillier fil-lokalità ta’ Ħal Luqa tkellem dwar il-bżonnijiet ta’ pajjiżna, b’mod speċjali il-bżonnijiet fl-istituzzjonijiet edukattiva ta’ pajjiżna, il-kostruzzjoni bla rażan u bla pjan li fniet l-ambjent. Hu kkonkluda billi sostna li żgħażagħ għandhom ikunu protagonisti u mhux spettaturi sabiex ikollna futur aħjar b’enerġija friska.
Stanley Joe Portelli Vici President FOIPN jemmen fil-PN għaliex matul iż-żmien l-istess PN kien pijunier biex pajjiżna jagħmel qabżiet kbar ‘l quddiem. Il-vokazzjoni tal-PN hija l-vokazzjoni ta’ Malta, mill-viżjoni ta’ Malta Sovrana u Indipendenti sa Malta Ewropea. B’Hekk il-PN jista’ joffri viżjoni b’rispett lejn id-drittijiet fundamentali ta’ kulħadd.
Graziella Galea Shadow Minister għall-Inklużjoni u l-Volontarjat sostniet li l-apoloġija ta’ Clayton Bartolo hija daħqa f’wiċċ il-poplu meta għandek nies li anke wara li jaħdmu kemm jifilħu ma jlaħqux mal-ħajja. Hi aċċennat li kulħadd għandu jkollu xogħol ta’ dinjità. B’hekk il-politika trid tkun hemm bħala għodda biex intejbu l-ħajja tan-nies u nneħħu l-ħażen mill-politika darba għal dejjem għaliex fl-aħħar mill-aħħar il-politika hija għodda ta’ servizz
Is-Sindku tal-Mellieħa Gabriel Micallef tkellem fuq il-fatt li jemmen f’politika li tinżel fit-triq u titkellem man-nies – hu sostna li l-ħidma tal-Kunsilli Lokali tista’ teżerċita politika ta’ governanza tajba u ta’ ġid għar-residenti. Micallef sostna li l-Gvern Laburista m’għandux għal qalbu l-Kunsilli Lokali u b’hekk il-lokalitajiet ġew abbandunati għal kollox, bi Gvern li qed joħnoq il-Kunsilli b’piż kbir fuq l-istess residenti. B’hekk issa iktar minn qatt qabel hemm bżonn Gvern Nazzjonalista li jkollu fiċ-ċentru tiegħu il-bniedem, bi tmexxija ta’ kulħadd u għal kulħadd.
Leone Sciberras Kunsillier Lokali f’Żabbar sostna li l-Gvern tal-ġurnata jrid joħnoq l-istituzzjonijiet filwaqt li min naħa l-oħra l-PN jrid jiftaħ l-opportunitajiet beraħ lil kulħadd. Hu sostna li l-Laburist ġenwin illum mhux jaraf il-Partit tiegħu suppost soċjalista, b’hekk qed ifittex alternattiva għal dan il-Gvern. Hu semma bosta setturi varji f’pajjiżna li marru lura taħt dan il-Gvern, bil-kwalità ineżistenti. B’Hekk Gvern immexxi minn Bernard Grech ser jaċċerta pajjiż li fih kulħadd jista’ jimraħ int min int u ġej min fej ġej.
Dione Borg tkellem fuq kif il-PN irriforma pajjiż u kemm ħoloq opportunitajiet għaż-żgħażagħ u l-poplu kollu. Hu sostna li dawk li kienu qiegħdin jaqtgħu qalbhom issa għandhom it-tama li pajjiżna jista’ jinbidel, b’viżjoni friska li tpoġġi lil bniedem l-ewwel. Madanakollu l-Partit Laburista fil-Gvern abbanduna lil faxex kollha tas-soċjetà filwaqt li ma kienx kapaċi joffri viżjoni għal dan il-pajjiż. Hu aċċena l-fatt li l-Gvern kisser il-Governanza ta’ dan il-pajjiż bl-iskop li jisirqu lil poplu Malti u Għawdxi. Hu sotna li flimkien rridu naħdmu għal bidla, fej kull wieħed u waħda jkun minn ta’ quddiem nett biex għal darb oħra ibiddel dan il-pajjiż għall-aħjar.
Jerome Caruana Cilia Shadow Minister għall-Ekonomija sostna kif Malta Żagħżugħa hija lesta għal bidla. Hu semma kif f’Ġunju li għaddha l-Partit Nazzjonalista kiseb riżultat ferm aħjar minn dawk ta’ qabel, u bħal issa qed jidher biċ-ċar li l-poplu jinsab għatxan għal-bidla. Semma kif id-diskorsi tal-Kap tal-PN wera’ biċ-ċar id-diferenza bejnu u bejn il-Prim Ministru Robert Abela, bniedem li jagħzel l-attakki personali filwaqt li Bernard Grech fassal pjan u viżjoni li toffri serħan il-moħħ u stabbiltà. Hu semma kif aħna aħwa tal-istess nazzjon għandna naħdmu biex inwasslu lil dan il-pajjiż fejn jixraqlu.
Nicole Portelli Kunsillier Lokali minn Ħa Attard tkellmet kif għandna nħeġġu liż-żgħażagħ tagħna sabiex jidħlu fil-politika u jixprunaw il-bidla. Hi sostniet li ż-żgħażagħ jridu jkunu komdi mal-Partit Nazzjonalista u jkunu kburin min-nazzjonalità tagħhom. Għalekk għandna nkunu flimkien magħqudin li nieħu l-pajjiżna għal pass li jmiss.
Gabriel Borg Ferrando Kunsillier fil-lokalità ta’ San Ġiljan tkellem dwar viżjoni ċara li tieħu lil kulħadd ‘il quddiem. Bħal issa għandna Gvern li mhux jgħati kas il-bżonnijiet ta’ pajjiżna, u għalekk pajjiżna għandu bżonn il-Partit Nazzjonalista sabiex jimplimenta l-bidliet li tant għandna bżonn. Hu semma kif l-MCAST u l-Univerità għandhom jingħataw importanza kbira sabiex jiżguraw verament Malta Żagħżugħa.
Beppe Fenech Adami Shadow Minister għall-Affarijiet Barranin u Ewropej l-Kummerċ tkellem dwar il-fatt li Malta għandha tkun hemm biex tifhem li dan il-pajjiż rridu nibżgħu għalih għaliex huwa uniku fid-dinja. Hu tkellem dwar l-fatt li Malta tħalliet tiġi fi stat li sfruttat lil dawk l-inqas fortunati, b’hekk hemm bżonn determinazzjoni waqt li niġu wara n-nies biex nipperswadu l-dawk kollha li jridu jkunu katalisti għal bidla. Hu tkellem kif il-PN jinsab magħqud li lest jaħdem għal pajjiżna.
Is-Sindku ta’ Birkirkara Desirei Grech sostniet li ż-żgħażagħ jridu jgħatu enerġija żagħżugħa lil dan il-pajjiż. Grech sostniet li hi tinsab determinata li ġġib il-bidla fil-lokalità tagħha, flimkien mal-Kunsilliera kollha tal-Partit Nazzjonalista. Hi tkellmet kemm hu mportanti li l-poplu jibda’ jafda aktar lil politiċi u jarhom bħala dawk li qiegħdin hemm għas-servizz tiegħu. Grech tkellmet ukoll fuq l-importanza tal-ambjent u s-sigurtà u kif il-komunità trid tħossa protetta il-ħin kollu sabiex ikun hemm serħan il-moħħ li l-poplu kollu għandu jkollu. B’hekk hi sostniet li għandna naħdmu id f’id b’vuċi ġdida li kapaċi ġġib il-bidla’.
Ryan Callus Shadow Minister għall-Enerġija, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni tkellem dwar kif il-poplu u l-Laburisti l-Partit fil-Gvern sar jarhom biss bħala numru, b’hekk hu aċċena għall-dawk kollha li ddejqu bil-Labour u stidienhom sabiex jgħatu ċans lil PN biex jirranġa s-sitwazzjoni. Hu tkellem dwar il-fatt li kulħadd irid jaħdem sabiex inġeddu lil pajjiżna u nerġgħu ngħolluh fil-livell li jixraqlu. Callus għalaq billi sostna li l-Partit Nazzjonalista huwa l-unika forza politika li tista’ ġġib il-bidla veru li dan il-pajjiż għandu bżonn.
Gabriel Zarouk membru fil-kumitat sezzjonali tal-PN f’Pembroke tkelle dwar il-fatt li pajjiżna jinsab f’salib it-toroq, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista qiegħed dejjem jiġġedded sabiex jkun jista’ jieħu f’idejh il-pajjiż u jbiddel il-mudell ekonomiku bil-bniedem fiċ-ċentru tal-politika, b’sistema ta’ saħħa li tixraq u settur edukattiv li jinvesti fil-futur ta’ Malta Żagħżugħa.
Karol Aquilina Shadow Minister għall-Ġustizzja aċċena għal kwantita enormi ta’ abbuż kontinwu li rajna tul dawn l-aħħar 12-il sena, speċjalment bis-serqa tal-miljuni kbar mill-Vitals u Steward b’kollużjoni mal-Gvern Laburista. Hu tkellem kif il-Gvern Laburista għandu idejh imċappsin bid-demm b’ħafna li tilfu ħajjithom minħabba l-ingann tal-Gvern Laburista. B’hekk pajjiżna wasal għal bidla li Gvern Nazzjonalista mmexxi minn Bernard Grech biss jista’ jġib lejn pajjiżna.
Thomas De Martino President MZPN u Kunsillier Lokali l-Mosta faħħar l-involviment taż-żgħażagħ speċjalment fil-PN. Hu spjega kif iż-żgħażagħ għandhom jaraw futur f’pajjiżhom stess filwaqt li jkunu determinati li jixprunaw il-bidla’. Bidla li għandha tkun ta’ motivazzjoni għall-pajjiż kollu sabiex nilħqu l-livelli li verament jixraqilna.
//= $special ?>