Min ħoloq il-problema ma jista’ qatt ikun is-soluzzjoni
Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino tkellem fit-tieni sessjoni tal-Kunsill Ġenerali fejn sostna li l-kwalità ta’ pajjiżna marret lura tant li hija ineżistenti – b’ammont ta’ drenaġġ fil-baħar, sptarijiet imballati bin-nies, populazzjoni li qed tkompli tiżdiet b’piż fuq l-infrastruttura ta’ pajjiżna u traffiku ta’ kuljum fost l-oħrajn.
Hu sostna li f’pajjiżna il-meritokrazija hija ineżistenti, frott id-deċiżjonijiet ħżiena tal-membri tal-Gvern Laburista, b’referenza ċara għall-iskandlu dwar il-job fantażma ta’ €70,000 li l-Amanda Muscat, il-mara ta’ Clayotn Bartolo, kellha mal-Ministeru ta’ Clint Camilleri.
Michael Piccinino spjega li l-islogan Malta Żagħżugħa huwa wieħed ta’ inspirazzjoni, li jgħati viżjoni friska lil pajjiżna – viżjoni ta’ Malta b’mudell ekonomiku ibbażat verament fuq il-kwalità u li jġib l-ewwel l-interessi tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.
//= $special ?>