Floriana u Malta Football Players Association jinsabu fl-ewwel post tal-Veterans Malta Football Association Cisk Premier League wara li kisbu rebħiet importanti fir-raba’ ġurnata.
Malta Football Players Associayion kisbu rebħa ta’ 6-1 kontra Żurrieq Wolves. Michael Galea saħħaħ postu fil-klassifika tal-aqwa skorers meta skorja żewġ gowls, b’Mark Barbara, Stephen Wellman, Carlo Mamo u Roderick Bajada gowl kull wieħed. Għal Żurrieq Wolves skorja Beppe Muscat.
Glenn Bonello kien protagonista għal Floriana fir-rebħa ta’ 7-2 fuq Hibernians. Bonello skorja tliet gowls, bi Christian Cassar, Brian Said, Mark Gauci u Andy Portelli gowl kull wieħed.
Mark Crupi u Carl Sacco skorjaw għal Hibernians.
Birkirkara St Helen’s u Rabat Veterans temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ta’ 3-3. Andre Scicluna skorja darbtejn għal Rabat, b’Melvin Borg skorja gowl.
Birkirkara kellhom lil Firas Aboulezz li jiskorja żewġ gowls flimkien mal-gowl ta’ Ayrton Buhagiar.
Gżira United ħadu walk-over fuq Żejtun Red Stars.
//= $special ?>