Kultura Lokali

Wirja annwali mis-Soċjetà tal-Pastel ta’ Malta

'Beauty' ta' Grace Cassar

Is-Soċjetà tal-Pastel ta’ Malta qed torganizza l-Annual Pastel Exhibition 2024 bejn is-17 u t-23 ta’ Novembru 2024.  Din il-wirja tal-arti ser tkun imtella’ fis-Sala tac-Ċentru Qalb ta’ Ġesù, Triq iż-Żurrieq, il-Qrendi. 

L-artisti li qed jieħdu sehem f’din il-wirja huma, Mary Clare Albanozzo, Noel Ancilleri, Grace Cassar, Anthony Lucian Cauchi, Erika Chircop, Joanne Fenech Portelli, Martin Formosa, Adrian Hudson, Anthea Mayer, Elaine Mifsud, Ethelbert Perini, Vanni Pule, Elsa Romei,  Catherine Mifsud u Joanna. 

Fil-wirja ser ikun hemm madwar 41 biċċa xogħol u li jinkludu, paesaġġi, ritratti, veduti tal-baħar u still life. Din il-wirja qed tkun organizzata bl-għajnuna tal-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u Gvern Lokali. L-iskop ewlieni tal-Pastel Society of Malta huwa li jħeġġu u jkabbru l-użu tas-soft pastel bħala medium għall-artisti u sabiex jikber l-għarfien u l-apprezzament minn naħa tal-pubbliku lejn dan l-istess medium

Il-ħinijiet tal-ftuħ huma mit-Tnejn sas-Sibt, mill-16.30 sad-19.30 u l-Ħadd mill-10.00 sa 12.00. Id-dħul huwa bla ħlas.

‘Chadwick Lakes Stream’ ta’ Martin Formosa

‘Qrendi Countryside’ ta’ Joanne Fenech Portelli