Merħba sabiħa ngħatat liċ-ċiklistli li temmew b’suċċess il-maratona tal-LifeCycle Challenge li din is-sena saret fl-Afrika ta’ Isfel.
Il-Lifecycle Malta Foundation ilha għal dawn l-aħħar 30 sena tiġbor il-fondi għal pazjenti li jbatu bil-mard tal-kliewi.
Din is-sena l-isfida kienet tikkonsisti f’maratona ta’ 2,000 kilometru mill-Botswana sa Cape Town, fl-Afrika ta’ Isfel, maratona li saret f’10 ijiem u li kienet waħda diffiċli ferm għal diversi raġunijiet fosthom it-temp, kif spjegatilna sew waħda mill-parteċipanti, Justine Scicluna.
Net News tkellem ukoll ma’ Robert Vassallo Agius li stqarr li hu wkoll jagħmel din il-maratona għal raġunijiet personali.
Sfidi li naturalment isarrfu f’sodisfazzjon kbir meta waslet fi tmiema din l-isfida.
Robert Vassallo Azzopardi spjegalna wkoll l-importanza tal-ħbiberija li tiżviluppa matul l-isfida.
//= $special ?>