Kien hemm ksur tal-artiklu tal-Att dwar Standard u ksur tal-kodiċi ta’ Etika fl-konfront tal-Ministri Clayton Bartolo u l-Ministru Clint Camilleri.
Fl-email tagħha, m’hemm ebda ħjiel ta’ minuti jew dokumenti li ħadmet fuqhom.
Dawn huma wħud mill-konklużjonijiiet li ħarġu mir-rapport tal-Kummissaju tal-Istandards li huma kundanna ċara lejn il-Ministri.
Iżda l-Ministru Clayton Bartolo, inkredibbilment, f’kummenti li ta lit-Times of Malta qal li din hija biss spin.
Mir-rapport ħareġ ukoll li Amanda Muscat, għandha sempliċiment ċertifikati ta’ livell avvanzat u Diploma… U għal dan kienet qed titħallas €68,000.
Dan filwaqt li hi stess ikkonfermat li meta laħqet konsulenta “r-rwol tagħha baqa’ l-istess” bħal meta kienet segretarja personali ta’ Clayton Bartolo. Tant li qalet ukoll li kienet tikkoordina ma’ ħaddiehor biex jagħmel ix-xogħol ta’ riċerka u ma kinetx tagħmel ir-riċerka hi.
Ir-rapport jgħid ċar u tond li t-tip ta’ xogħol li kienet tagħmel Muscat ma kienx ta’ konsulenza, fi żmien meta kienet taħdem mal-Ministeru tat-Turiżmu.
Dwar iż-żmien meta kienet taħdem mal-Ministeru ta’ Għawdex, ir-rapport kixef kif skont analiżi tal-emails li saret, Muscat kienet attivament taħdem għall-Ministru Bartolo fil-perjodu kollu fejn uffiċjalment kienet Policy Consultat mal-Ministru Clint Camilleri.
//= $special ?>